Create New Account
I forgot my password
Skip Navigation Links
Mangion Rupert

05 August 2009
Interviewed By:- Carlo Ciscaldi


Rupert Mangion huwa prezentement il captain tal-Hamrun Spartans FC u wiehed mil iktar plejers veterani fit tim.  Carlo Ciscaldi hadlu ftit mil hin tieghu biex jaghmel din l-intervista ghal website.

Profil:-

Data ta twelied: 31.03.1975
Post ta twelied: Pieta
Tul: 165cm
Piz: 68kgs
Edukazzjoni: Sekondarja
Passatemp: TV, iqatta hafna hin mat-tfal
Mizzewweg lil Vincienne
Tfal Matthew u Gabriel
Hutu: Rosanna, Helen u Gejtu
Ikel Favorit: Ross il-forn
Xarba Favorita: Luminata u ilma
Plejer Malti Favorit: Raymond Vella
Plejer Barrani Favorit: Diego A. Maradona
Tim Barrani Favorit: Manchester United

Kemm kellek zmien meta bdejt tilghab il futbol u ma min?

Bdejt ta 9snin skola sport

Ta 11-il sena bdejt nitharreg ma Hamrun Liberty li f’dak z zmien kienu jfornu hafna players lit tim tal- Hamrun Spartans. Kien iharrigna Charles Xuereb li ghandu mhabba kbira lejn il-Hamrun.

X’hajjrek tibda il futbol?

Jien twelidt bil-loghba go fijja fej dejjem lghabt fil-pozizzjoni ta midfielder.

L-iktar persuni nfluwenti fil-karriera?

Ronnie Attard li hdimt mieghu kemm fi zmien il-Hamrun Liberty u aktar tard ma l-MFA fil-kategoriji U/12 u U/14. Sibt dejjem ghajnuna kbira ukoll minghand il-genituri tieghi filwaqt li l-mara dejjem kienet warajja f’dik li hija karriera tal-football.

Ilek fil-kamp Hamruniz ghal aktar min 20 sena. Bhala amministrazzjoni u nies vicin il-klabb, fej u kif nistghu ntejbu?

Jien niftakar l-era glorjuza ta Victor Tedesco, l-entuzjazmu l reggha nibet taht Gejtu Debattista kif ukoll l-era prezenti, li f’dawn l’ahhar snin qeghda tahdem sabiex inkunu aktar ko-ordinati, organizzati u sostenibbli bir-rizorsi li ghandna. Dawn huma kollha ingredjenti sabiex il-klabb taghna jahdem b’mod iktar professjonali u ma jsirux certi zbalji tal-passat, li hafna minnhom saru b’mod genwin u sforz l-entuzjazmu. Inzid ukoll li sabiex naslu ghal dan kull Hamruniz irid il-pacenzja u jersaq lejn il-klabb sabiex jaghti s-sehem tieghu.

Fejn tara li jista jasal t-tim prezenti?

Jien nara li hemm potenzjal qawwi, imma nitlob biss li l-affarijiet jittiehdu b’aktar serjeta u jsir iktar sagrifficju sabiex jintlahqu l-ghanijiet mixtieqa. Kull zaghzugh ghandu jkollu commitment shih lejn l’arma tal Hamrun Spartans FC.

X’inhuma l-ambizzjonijiet personali tieghek?

Bhala plejer nixtieq li flimkien ma shabi l-plejers inwasslu t-team taghna dejjem ghal post fejn il-klabb glorjuz taghna jixraqlu.
Wara li ntemm il karriera ta loghob nixtieq navvanza fil-kowcing fejn diga bdejt niehu hsieb t-tim tal-Hamrun Spartans ta that s-7 snin. Ghandi wkoll diga UEFA ‘C’ Licence fil coaching.

Kummenti fuq dan is sit elettroniku:-

Naqbel hafna li l-klabb ghandu dan il-mezz ta komunikazzjoni ma min jinteressah il-klabb, specjalment ghal dawk il-Hamrunizi li jghixu barra minn Malta.

Messagg lis-Suppoters Hamrunizi:

Li jkunu ta support vera ghat-team, kemm fil-ground, u anke barra. Jghinu milli jistghu lill-klabb u jzommu l-isem tal-klabb fuq l’oghla pedestall, u fuq kollox ikunu kburin bil-Hamrun Spartans FC.

Rupert Mangion

Captain Hamrun Spartans FC

this article has been read 1685 times


back to list

Sullivan Daniel

09 August 2010

Daniel Sullivan

Daniel, ftit tal-gimghat ilu kont habbart li, mi ...
Fabri Keith

22 July 2004

Keith Fabri

Tista taghmel renidkont zghir tal-karriera tieghek ...

Become the 12th Player

Membership

Join the Hamrun Spartans FC club by becoming a mem ...

Stefan Sultana

Stefan Sultana

Stefan Sultana - The Great Gentleman of Maltese Fo ...