Kif bdejt il karriera?
Ta’ sitt snin bdejt nilghab il-futbol mat-tim ta’ Mosta. Domt ma Mosta
sal-eta’ ta’ tminn snin fejn sa ghaxar snin kont waqaft minhabba li
kelli problemi ta’ transport. Fl-eta’ ta ghaxar snin kien l- coach Charlie Xuereb li hajjarni nilghab ma’ Hamrun. Minn hemm bqajt dejjem navvanza pass pass f’kull kategorija mat-tims tan- nursery
fejn ta’ spiss siefirna wkoll. Ta’ sittax –il sena, Atanas Marinov,
ex-coach ta’ Hamrun Spartans, kien tani cans biex nittrenja mat-tim
tal-kbar fejn gheni hafna sabiex nizviluppa l-kapacitajiet tieghi anke
nikber u nimmatura mentalment aktar fil-loghba. Fill fatt kien grazzi
ghalih li hadt kundfidenza u ghollejt il-moral.
X’kien li gaghlek tibqa’ tilghab il-futbol?
Minn dejjem kont iffissat fuq il-futbol u ghalhekk dejjem xtaqt
nipprattika l-isport favorit tieghi ma xi tim sa minn eta’ zghira.
Liema kienet l-ewwel dehra mal-Hamrun Spartans?
L-ewwel darba li kont mal-ewwel hdax kien fil-5 ta’ April 2003 kontra
Marsa, ghalkemm qabel kont dhalt xi minuti bhala sostitut.

Taghmel sagrificcji minhabba l-futbol?
Hafna, il-futbol kollu sagrificcji, jekk ma tirsistix l-futbol tista’ tinsih.
Min kien dik il-persuna/i li nfluwenzatek l-iktar fil karriera?
Bla dubju l-familja tieghi specjalment il-genituri.
Liema huwa l-isbah gowl li qatt skurjajt?
Fid-debutt tieghi kontra Marsa (1-1).
Qatt kellek xi opportunita’ jew kuntatti biex tmur tilghab barra?
Le, s’issa qatt.
Liema huwa/kien l-iktar goalkeeper/s li veru batejt biex tiskurjalhom?
Nahseb li l-goalkeeper ta’ Hal Qormi U/19.
Kieku kellek taghzel zewg timijiet, wiehed lokali u iehor
internazzjonali, min ikunu dawn it-22 player?
Lokali:
Ivan Casha,Jefferey Chetcuti, Riad Gangorsta, Charlo Magro, Carlo Mamo,
Daniel Bogdanovic, Roderick Bajada, Gilbert Agius, Ivan Zammit, Michael
Mifsud, Michael Galea, u kieku ser jibghqa jilghab zgur Stefan Sultana.
Internazzjonali: Buffion, Nesta, Samuel, Staam, Zambrotta, Totti, Del Piero, Ronaldinho, Emerson, Davids, Kaka’.
Hemm xi mument imbarazzanti li forsi l-publiku ingenerali ma jafx bih?
Le nahseb li s’issa kull ma xtaqt ghamiltu.
Kif tahseb li l-loghba Maltija tista tmur ghal ahjar?
Billi naghtu hafna aktar cans liz-zaghzagh ghax hawn hafna b’potenzjal.
Kif tghaddi l-hin liberu tieghek?
Normalment mal- familja u mat- tfajla tieghi hdejn il-bahar jew nara t-T.V. u niltaqa’ mal- hbieb.
Liema plejer Malti u brrani huma l-idoli tieghek?
Michael Degiorgio u Alessandro Del Piero.
Kien hemm xi haga li xtaqt taghmel u li habba l-futbol kellek tirrinuncja ghaliha?
Iva, xogholl filghaxija minhabba t-training u nsiefer.
Tahseb li tibqa mal- Hamrun Spartans is-season li gej?
Iva bla dubju.
Kif hassejtek meta gejt promoss section A tal-minors?
Kont ferhan u nispera li nibqaw sejrin ghal ahjar.
Xi jfisser il-Hamrun Spartans ghalik?
Il-Hamrun huwa l-post fejn twelidt u ghalhekk nahseb li l-Hamrun Spartans ghandhu post kbir f’qalbi.
Min fil-fehma tieghek kienu l-aqwa sitt players li qatt laghbu ma’ Hamrun Spartans?
Ronnie Cox, Raymond Vella (Il-Mundu), Joe Brincat, Joe Zarb
(Il-Brimba), Stefan Sultana u Michael Degiorgio.
Liema hija dik il-loghba li tixtieq tinsa malajr u ohra li tibqa tiftakar?
Nibqa niftakar l-ewwel friendly tieghi mal- U/19 ta’ Malta kontra
Scotland u ninsa l- loghba kontra Naxxar U/19 l-ewwel round.
Ghandek xi messagg ghas supporters tal- Hamrun Spartans u ta’ din il- web site?
Nghid lil Harunizi jghinu bil- ftit li jistghu li l kumitat ghax qed
jghamlu sagrificji kbar u grazzi lis-supporters ghax bihom warajna
immorru ghal ahjar.