Prezentazzjoni tal-akkwisti il godda

26 September 2009

prezentazzoni tal-akkwisti

Dalghodu fil-kumpless tal-Eurosport Michele Peresso Ltd ta’ Psaila Street Birkirkara saret konferenza stampa li giet indirizzata mill-President tal-Hamrun Spartans, Is-Sur Daniel Sullivan li fiha inghatat informazzjoni ta’ x’ inhuma l-oggettivi tal-klabb ghal dan l-istagun fosthom dak ewlieni li it-tim ikun konsistenti fil-loghob tieghu u b’ hekk jikkonferma postu fil-Premier Division. Hu irringrazzja wkoll lil isponsors tal-klabb li huma il-Eurosport Michele Peresso Ltd u Powerade Ltd ghall-ghajnuna indispensabbli taghhom. Gew ipprezentati wkoll lill-istampa l-akkwisti il-godda ghal dan l-istagun li huma Luca Grech ( goalkeeper ex-Floriana ), Clyde Camois (difensur ex-Floriana), Timothy Fleri Soler (difensur ex-Hibernians ), Mark Barbara ( midfielder ex- Marsaxlokk ), Marcelo Pereira ( attakant ex-Marsaxlokk ),flimkien ma’ Martin Hrubsha ( difensur ) u Jonathon Holland ( midfielder ), li it-tnejn kienu players ‘ out of contract ‘.

Il-konferenza wara giet indirizzata wkoll mis-Sur Stefan Sultana li huwa it-tim manager li spjega x’ kienet il-preparazzjoni fisika u anke psikologika li il-players ghaddew minnha sakemm giet ikkonfermata id-decizjoni li it-tim ser jilghab fil-Premier Division.

Wara is-Sur James Cutajar ta’ informazzjoni dettaljata tal-attivitajiet li ser isiru fid-9 ta’ Ottubru 2009 meta ghandha tintlaghab il-loghba testimonjali ad unur Stefan Sultana, ex player tal-Hamrun Spartans u issa team manager, li ta’ kontribuzzjoni qawwija hafna kemm lill-klabb kif ukoll lill-loghba Maltija b’ mod ingenerali. Stefan Sultana bhalissa ghandu ir-rekord tal-aqwa skorer ta’ kull zmien b’ 197 goals.

prezentazzjoni_20092010

Joe Borg Media Officer
Print