Website gdida
03 August 2009

Victor Cassar
Huwa pjacir ghalija nikteb zewg kelmiet fuq din il-website gdida li kulhadd ilu jistenna. Naf li f’din il-website kien hemm hafna nies involuti li taw hin twil biex il-klabb taghna ikollu website kif jixraq. Ha nsemmi biss lil Johann Montfort li ghalih ma jghoddx il-qawl Malti “Boghod mill-ghajn, boghod mill-qalb” anzi ghadu vicin il-Hamrun Spartans daqs li kieku qieghed maghna kuljum.
Wara d-dizappunt inkredibbli tal-istagun l-iehor fejn hadd ghadu ma jrid jemmen li gejna relegati, hafna stennew li taqa apatija fil-klabb tal-Ispartans. Izda ghal darba ohra il-Hamrunizi wrew li kapaci jaghmlu reazzjoni ta’ supporters ta’ vera. Fil-fatt kien hemm diversi nies li ikkontestaw l-elezzjoni ghall-Kumitat Ezekuttiv u numru ta’ Hamrunizi ohra li qeghdin jghinu f’bordijiet differenti biex il-klabb jerga’ jibda jahdem kif suppost.
Wara tlett snin taht il-Presidenza ghaqlija ta’ Gaetano Cuschieri, gie elett President gdid li kif kulhadd jaf ghandu entuzjazmu li jinfirex fuq in-nies ta’ madwaru. Daniel Sullivan, ghalkemm mhux imwieled il-Hamrun, illum il-gurnata ihossu marbut ma dan il-klabb daqs kull supporter Hamruniz. Fl-ewwel diskors tieghu bhala President huwa pogga tlett objettivi ghal dan l-istagun li gej.
Ghaqda fil-Hamrun
Il-President il-gdid determinat li jispiccaw darba ghal dejjem il-piki zejda, l-interessi personali, l-argumenti bejn supporters u l-indixxiplina. Jekk huwa minnu li kulhadd irid jerga jara zmien il-glorja, kulhadd irid ipoggi lilu nnifsu ghas-servizz tal-klabb. Il-President il-gdid huwa maghruf li jigbed simpatija minn kulhadd. Mela kulhadd ghandu jinghaqad warajh biex jaghti sehemu halli niehdu l-ispinta li ghandna bzonn. Il-potenzjal qieghed hemm !! Stadium mill-aqwa, nursery efficjenti, supporters tal-azzar.
Promozzjoni
Dan huwa objettiv naturali ghall-klabb taghna. Nghiduha ahna u tghida Malta kollha li ahna Tim tal-Premier u hemm irridu inkunu darba ghal dejjem ! Bil-plejers taghna, b’xi zghazagh li qeghdin jidhlu bil-mod il-mod u b’xi irtokki li saru m’hemmx dubju li ghandna biex inkunu niggieldu ghall-ewwel postijiet. Importanti hafna l-pass li ghamel il-kumitat il-gdid huwa il-grupp tekniku. Bil-konferma ta’ Stephen D’Amato bhala coach rega dahal Marco Grech bhala Assistant Coach. Ma dawn, biex jghaqqad tim tekniku formidabbli, gie appuntant Stefan Sultana bhala Team Manager.
L-Amministrazzjoni
Il-Hamrun Spartans F.C. ghaddew minn zmenijiet difficli li l-effetti taghhom ghadhom jinhassu sfortunatament sal-lum. Sar hafna xoghol, specjalment f’dawn l-ahhar sitt snin, li minn sitwazzjoni kultant disprata u anke patetika issa nistghu nghidu li l-problemi huma kontrollati u definiti. Izda biex ikollna klabb modern, kompetittiv u kredibbli irid ikollna l-finanzi aktar fis-sod. B’hekk inkunu f’posizzjoni li niehdu decizjonijiet aktar ghaqlija. B’hekk jersqu nies lejn il-klabb li forsi ghadhom mhux konvinti mill-potenzjal li ghandhom il-Hamrun Spartans F.C.
Victor Cassar
Vici-President
Hamrun Spartans F.C.
this article has been read 5303 times
0 user(s) have rated this article